11
Dec

Talba lil San Ġużepp għall-Vokazzjonijiet Tereżjani
O San Ġużepp l-aktar ħelu, Missier u xempju tal-aħwa mogħtija għall-qadi ta’ Alla, li għarraft lill-Omm tagħna Santa Tereża bil-qawwa tal-ħarsien u t-tjieba tal-qalb tiegħek ta’ Missier, agħti widen għat-talba umli u mħeġġa tagħna.