Sorijiet tal-Klawsura S. Margerita
  • strict warning: Non-static method view::load() should not be called statically in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/views.module on line 842.
  • strict warning: Declaration of content_handler_field::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/cck/includes/views/handlers/content_handler_field.inc on line 208.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_validate() should be compatible with views_handler::options_validate($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_submit() should be compatible with views_handler::options_submit($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_style_default::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_style_default.inc on line 25.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_validate() should be compatible with views_plugin::options_validate(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_submit() should be compatible with views_plugin::options_submit(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.

Santa Tereża ta' Ġesu' ta' Los Andes

Santa Tereża ta’ Los Andes, Juanita twieldet f’Santiago, iċ-Ċili fit-13 ta’ Lulju 1900 u mietet fit-12 ta’ April 1920 ta’ dsatax il-sena.

Il-Malti jgħid: ma' min rajtek, xebbaħtek! Hija ħaġa kurjuża li meta tiltaqa’ ma’ bnedmin bħal Tereża, tintebaħ kemm Alla huwa oriġinali, splużjoni ta’ ferħ, bir mimli sorpriżi. żagħżugħa sabiħa, maħbuba minn kulħadd, leader naturali ta’ sħabha, l-isports, l-għum u fuq kollox l-irkieb taż-żwiemel. Tħobb il-vaganzi fil-ftuħ tal-kampanja. Meta kellha ħmistax il-sena, kienet konvinta illi kienet imsejħa biex tingħata kollha kemm hi lil Alla fil-ħajja reliġjuża. Imma bħal ħafna ġuvintur u xebbiet imsejħa, Juanita daħlet fid-dubju ma' min se tidħol, jekk hux mas-sorijiet tas-Sacred Heart fejn kienet tmur l-iskola jew mat-Tereżjani. Wara li talbet ħafna qatgħetha li tidħol Tereżjana. Kienet qrat ħafna drabi l-Istorja tar-Ruħ ta’ Sta. Tereża tal-Bambin Ġesu’. Hija tgħid li hi għandha ħafna affarijiet jixxiebħu mar-ruħ ta’ Sta. Tereża tal-Bambin Ġesu’.

Fis-7 ta’ Mejju 1919, daħlet biex tgħix fil-Karmelu Tereżjan wara li sellmet lill-ommha u lill-ħutha. Hija bdiet issejjaħ il-monasteru tagħha, ‘Ġenna Ċkejkna’ u temmen li kienet l-aktar ħlejqa ferħana fid-dinja moħbija fil-klawsura, b’danakollu wettqet apposttolat intens, mhux biss permezz tal-frott misterjuż tas-sagrifiċċju u talb, imma ukoll bl-ittri li kitbet.

Band’oħra tgħid: ‘Din hi is-sej]a tas-soru Tereżjana’: ‘li tkun ostja safja li bla heda toffri lilha nnifisha lil Alla għad-dinja midinba. Kemm hi sabiħa is-sejħa tagħna! Aħna feddejja magħqudin mal-Muej. Aħna ostji fejn Ġesu’ jgħammar, li fihom jgħix, jitlob u jissagrifika lilu nnifsu għal din id-dinja midinba.’ 

Tul ir-Randan 1920, ħassitha b’saħħitha imma mbagħad bdiet tħossha mhux f’sikkitha. Qabditha l-marda tat-tifu li f’dak iż-żmien ma kienx hemm kura għaliha. Għamlu kull ma setgħu s-sorijiet imma kien tard wisq u għalhekk it-tobba qatgħu jieshom.

Fil-5 ta’ April 1920 talbet li tirċievi l-aħħar Sagramenti minħabba d-deni qawwi li kellha. Iktar tard meta ġiet f’tagħha, irċeviet il-vjatku. Fit-12 ta’ April hija raqdet għal dejjem f’dirgħajn il-Mulej.

Fit-3 ta’ April 1987 il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjarha Beata waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċili u l-istess Papa kkanonizzha fil-21 ta’ Marzu 1993 f’Ruma. Il-festa tagħha tiġi mfakkra kull sena fit-13 ta’ Lulju.