Sorijiet tal-Klawsura S. Margerita
  • strict warning: Non-static method view::load() should not be called statically in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/views.module on line 842.
  • strict warning: Declaration of content_handler_field::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/cck/includes/views/handlers/content_handler_field.inc on line 208.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_validate() should be compatible with views_handler::options_validate($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_submit() should be compatible with views_handler::options_submit($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_style_default::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_style_default.inc on line 25.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_validate() should be compatible with views_plugin::options_validate(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_submit() should be compatible with views_plugin::options_submit(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.

Santa Tereża ta' Ġesu'

 

Santa Tereża  fundatriċi tal-Karmelu Riformat u mistika Spanjola twieldet f’Avila fil-28 ta’ Marzu 1515 mill-familja Cepeda y Ahumada. Ta’ tnax il-sena tilfet lil ommha għalhekk missierha daħħalha għand is-sorijiet sakemm tikber ftit ieħor. Wara xi żmien kellha toħroġ għax mardet. Meta kellha 20 sena qatgħetha li tidħol soru Karmelitana fil-monasteru ta’ l-Inkarnazzjoni li kien hemm f’Avila. Missierha ma ried iħalliha tmur bl-ebda mod. Imma Tereża kienet deċiza li tingħata għal kollox lil Alla. Qabdet u telqet minn rajha u missierha meta ra hekk taha l-barka tiegħu. Hija imxiet ‘il quddiem ħafna fit-triq tal-perfezzjoni u kellha l-esperjenza ta’ rivelazzjonijiet mistiċi.

Darba waqt li kienet titħaddet ma xi sorijiet oħra, ġieha l-ħsieb li jfittxu li jgħixu aħjar il-ħajja reliġjuza. Wara 27 sena f’dan il-monasteru bdiet taħseb sabiex twettaq din ir-riforma. Kellha tgħaddi minn bosta tbatijiet, iżda rebħet kull tiġrib u tfixkil b’qalb kbira. Santa Tereża irnexxielha tiftaħ l-ewwel kunvent tar-riforma Karmelitana f’24 ta’ Awwissu 1562 u semmietu għal San Ġużepp. Hija riedet li l-komunitajiet tagħha ikunu kulleġġi żgħar ta’ Kristu billi jgħixu l-kunsilli Evangeliċi, fejn it-talb ikun is-sies tad-dar. Għamlet 17 il-fundazzjoni oħra fi Spanja u 28 ta’ Novembru 1568 flimkien ma San Ġwann tas-Salib fetħet l-ewwel Karmelu reformat fi Dureolo.

Mietet f’eta 67 sena fl-4 ta’ Ottubru 1582 bħalha bint il-knisja ġo Alba de Tormes. Hija ġiet ikkanoniżżata mill-Papa Gregorju XV fil-12 ta’ Marzu 1622 u fil-18 ta’ Settembru 1965 il-Papa Pawlu VI  ipprokklamha Patruna tal-Letteratura Spanjola. Fil-27 ta’ Settembru 1970 l-istess Papa Pawlu VI għamilha l-ewwel mara Duttur tal-Knisja.

Santa Tereża ħallitielna bosta kitbiet fosthom il-Ktieb tal-Ħajja interjuri tagħha fi tfitxxija għal Alla, il-Ktieb tal-Fundazzjonijiet li fih tirrakonta x-xogħol li għamlet għat-twaqqif tal-monasteri tagħha, il-ktieb Triq il-Perfezzjoni li huwa manwal għal-ħajja tat-talb u ħajja fraternal fil-Karmelu u l-Kastell Interjuri jew Massjonijiet li huwa esperjenza mistika tagħha ma’ Alla u l-misteru tat-Trinita. Barra minn dawn insibu ukoll numru kbir ta’ ittri ta’ valur importanti.