Sorijiet tal-Klawsura S. Margerita
  • strict warning: Non-static method view::load() should not be called statically in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/views.module on line 842.
  • strict warning: Declaration of content_handler_field::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/cck/includes/views/handlers/content_handler_field.inc on line 208.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_validate() should be compatible with views_handler::options_validate($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_submit() should be compatible with views_handler::options_submit($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_style_default::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_style_default.inc on line 25.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_validate() should be compatible with views_plugin::options_validate(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_submit() should be compatible with views_plugin::options_submit(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.

San Rafel ta' San Ġużepp Kalinowski

Imwieled fil-belt ta’ Vilnius fit-Litwanja fl-1 ta’ Settembru 1835, Kalinowski ngħata edukazzjoni tajba u daħal fl-armata russa u fl-Akkademja militari sa ma laħaq Kaptan imma qatt ma nesa' lill-Madonna ta’ OstraBrama. Din il-Madonna meqjuma fil-belt ta’ Vilnius hija propjament il-Madonna tal-Ħniena; u tassew li hekk uriet ruħha mal-Kaptan Kalinowski wkoll fiż-żmien li baqa’ ‘l bogħod mis-Sagramenti, għax Hi riditu għaliha bħala binha fl-Ordni Karmelitan Tereżjan. Iżda qabel iseħħ dan, kellhom jgħaddu s-snin u l-Kaptan Kalinowski kellu jsib ruħu Ministru tal-Gwerra fir-rewwixta litwana-pollakka, u mbagħad maqbud, ikkundannat għall-mewt f’sentenza li nbidlet f’xogħol iebes fl-eżilju tas-Siberja minn fejn ġie meħlus wara għaxar snin ta’ tbatija. Imkeċċi minn pajjiżu beda jagħmilha ta’ għalliem u tutur.

Iżda s-siegħa tat-twettiq tas-sejħa ta’ Marija, li fil- qiegħ ta’ qalbu baqa’ dejjem iħobb u jitobha, kienet waslet, u fis-sena 1877 għażel li jħaddan il-ħajja reliġjuża fil-Karmelu Tereżjan ta’ l-Awstrija, minħabba li ma setax jagħmel dan fil-Polonja. Kellu 42 sena, iżda nxteħet b’ħeġġa kbira biex jiħ]arreġ fil-virtu’ u l-ġabra u biex jistudja t-teologija fl-Ungerija. Ġie ordnat saċerdot fil-15 ta’ Jannar 1882 fil-belt ta’ Krakow, il-Polonja; u mill-ewwel dehret x’kellha tkun il-missjoni tiegħu. Ġie mqabbad jara kif iġedded il-ħajja tal-klawsura tas-sorijiet karmelitani tereżjani fil-monasteri tagħhom mxerrda mal-Polonja. Kemm bħala viżitatur u  Vigarju-Provinċjali għal dawn is-sorijiet, kif ukoll b]ala konfessur tagħhom, huwa ħadem bla heda sabiex tahom ħajja ġdida u b’saħħitha.

Iżda, bla dubju ta’ xejn, l-akbar xogħol tiegħu kien il-ħidma bla waqfien biex ixettel mill-ġdid il-Provinċja tal-patrijiet Karmelitani Tereżjani fil-Polonja - il-kunventi ta’ Przemysl u ta’ Czerna, kif ukoll ta’ Krakow. Imma, fuq kollox, huwa beda l-‘Kulleġ-seminarju’ u l-bini tal-kunvent u tal-knisja ta’ Wadowice. Din il-]idma tieg]u bdiet fis-sena 1892 u baqgħet sejra sa mewtu. L-ewwel fetaħ ‘kulleġġ‘ żgħir biex irawwem vokazzjonijiet ġodda taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp; u mbagħad, sa seba’ snin wara, lesta l-kunvent u l-knisja li għadhom weqfin sal-lum. U minkejja li kellu jaqdi uffiċċji oħra fil-kunventi l-oħra tal-Provinċja, dan iċ-Ċentru Karmelitan Tereżjan ta’ Wadowice baqa’ l-imħabba ewlenija ta’ qalbu, hekk li fl-1906 reġa' ntagħżel mill-ġdid bħala Pirjol ta’ dan il-kunvent ta’ Wadowice, fejn miet sena wara fil-15 ta’ Novembru 1907. Ġie iddikjarat qaddis mill-Papa Gwanni Pawlu II fil-1991.