Sorijiet tal-Klawsura S. Margerita
  • strict warning: Non-static method view::load() should not be called statically in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/views.module on line 842.
  • strict warning: Declaration of content_handler_field::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/cck/includes/views/handlers/content_handler_field.inc on line 208.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_validate() should be compatible with views_handler::options_validate($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_submit() should be compatible with views_handler::options_submit($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_style_default::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_style_default.inc on line 25.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_validate() should be compatible with views_plugin::options_validate(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_submit() should be compatible with views_plugin::options_submit(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.

San Ġwann tas-Salib

San Ġwann tas-Salib sieħeb ta’ Sta. Tereża ta’ Ġesu’ fil-Karmelu Tereżjan twieled f’Fontiveros fi Spanja fil-1542 mill-Familja Yepes. Għalkemm missieru kien ġej minn familja nobbli spiċċaw f’faqar kbir wara l-mewt tal-missier. Kellu żewġ ħutu oħra pero wieħed minnhom miet f’eta żgħira. San Ġwann sa minn ċkunitu kien jaf xi jiġifieri tbatija. Darbtejn ġie salvat mill-għarqa b’mod mirakoluż minn id il-Madonna. Ommu għalkemm fqira għamlet minn kollox biex tgħallmu l-iskola għax wera li kien ta’ intelliġenza kbira.Meta spiċċa mill-iskola ipprova jitgħallem ukoll xi snajja imma f’xejn ma irnexxa. Imbagħad tgħallem ta’ infermier u kien maħbub minn kulħadd. Kellu imħabba kbira lejn il-morda.

Ta’ 20 sena daħal karmelitan ġo Medina del Campo 1567 u ġie ordnat saċerdot f’Salamanca. Issa kellu ħsieb wieħed f’moħħu li jmur jgħix ħajja moħbija ma`-Certosini. F’dan iż-żmien ltaqa’ ukoll ma ‘l Omm tagħna Sta.Tereża li kellha 52 sena filwaqt li Ġwanni kellu 25 sena. Sta. Tereża qaltlu li Alla qiegħed isejjaħlu biex iġġedded l-Ordni Karmelitan. Taħt it-tmexxija u flimkien ma Sta. Tereża, Ġwanni fetaħ l-ewwel Karmelu Riformat flimkien ma' Fra Antonio ta’ Ġesu’ f’Duruelo f’Avila fil-28 ta’ Novembru 1568. Il-kunvent kien fqir imma ħsiebhom kien li jgħixu għal Alla biss. San Ġwann qeda diversi uffiċċji matul ħajtu. Kien mastru tan-novizzi, direttur spiritwali tas-sorijiet f’Kastilja u Andalusia. Kien ukoll jippriedka, pero il-kariżma speċjali tiegħu kienet id-direzzjoni spiritwali. Kien ukoll superjur u amministratur ta’ diversi kunventi tal-Provinċja. Minħabba in-nuqqas ta’ ftehim tal-kalzati ma l-iskalzi spiċċa 9 xhur fil-ħabs ta’ Toledo. F’dan l-ambjent fqir u ta’ tbatija kbira huwa beda jikteb l-ewwel poeżiji tiegħu li aktar tard kellhom jinbidlu f’xogħlijiet kbar. Fil-kotba tiegħu jfisser l-għaqda u t-tiġrib tar-ruħ ma' Alla u tagħlim profound fuq id-direzzjoni spiritwali. Huwa ħarab mill-ħabs ta’ Toledo fil-15 ta’ Awwissu wara li kellu dehra mingħand il-Madonna li qatlu kif kellu jaħrab. Darba sema leħen jgħidlu: ‘Ġwanni x’titlob minni?’ Huwa wieġeb ‘li nbati u nkun mmaqdar għall-imħabba tiegħek.’ 

San Ġwann għex dan il-kliem fl-aħħar ta’ ħajtu Is-superjr tiegħu kien jieħdu bil-herra matul il-marda u Ġwanni ma kien jlmenta qatt…dejjem ferħan li jġarrab kollox għal Alla. San Ġwann miet f’Ubeda fit-13 ta’ Diċembru 1591. Huwa ġie kkanonnizzat mill-Papa Benedittu XIII fil-1726 u 24 ta’ Awwissu il-Papa Piju XI pproklamah Duttur tal-Knisja . Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata 14 ta’ Di`embru.