Sorijiet tal-Klawsura S. Margerita
  • strict warning: Non-static method view::load() should not be called statically in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/views.module on line 842.
  • strict warning: Declaration of content_handler_field::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/cck/includes/views/handlers/content_handler_field.inc on line 208.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_validate() should be compatible with views_handler::options_validate($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_submit() should be compatible with views_handler::options_submit($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_style_default::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_style_default.inc on line 25.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_validate() should be compatible with views_plugin::options_validate(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_submit() should be compatible with views_plugin::options_submit(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.

Mulej kemm hu sew li aħna hawn

Ilu  ftit,  tfajla  kitbitli  u  qaltli :  " Sister, kemm  inħossni  fil-paċi  u  ferħana, issa  li  erġajt  sibt  lil  Ġesu' !" Saħħaħt  aktar  il-fehma   tiegħi  x' ħin  qrajt  dan, kemm  hu  minnu  li  la  l-karriera , la  s-sess,

la  l-flus  u  lanqas  id-droga,  ma  jissodisfaw  il-qalb tal-bniedem.  X'vojt  iħallu  wara  ftit  minuti  ta'  pjaċir  fieragħ  li  jgħaddi  u  jispiċċa.

Kompliet  tgħidtli : "Issa  li  sibt  lil  Ġesu' qatt  aktar  ma'  nħallih."  Meta  qrajt  dal-kliem,  dak  il-ħin  stess  ftakart  fl-episodju  ta'  meta  l-ewwel  erba'  appostli,  dixxipli  ta'  Ġwanni  l-Battista,  sabu  lil  Ġesu'  ta'  Nażareth.  X'ħin  semgħu  lil  Ġwanni  l-Battista'  jgħid ; " Araw  il-}aruf  t'Alla " - il-Messija  li  kienu  ilhom  jistennew - tant  ferħu, li  dak  il-ħin  stess, telqu  lil  Ġwanni  l-Battista  u  mxew  wara  Ġesu'  biex  jaraw  fejn  kien  jogħqod.  Ġesu'  rahom  mexjin  warajh  u  staqsihom " Xi  tridu?"

"Fejn  togħqod  Rabbi?" staqsewh.

“Ejjew  u  taraw" weġibhom.

Żgur  li  kellhom  dispożizzjoni  tajba, tant  li  band'oħra,  f'San  Mark, Kap 1. vers 16 - 20. juża  l-kelma  " u  minnufih  telqgħu  x-xbiek  u  marru  warajh".        "Minnufih" tfisser  ħafna, - li  ma'  qagħdux  jaħsbuha  darbtejn  li  jħallu  lil  missierhom, il-familja, is-sigurta' ta'  l-għajxin  tagħhom.  Ġesu'  kien  ġa  serqilhom   qalbhom  f'dik  il-ġurnata  li  kienu  għamlu  miegħu, wara  li  kienu  marru  jaraw  fejn  kien  jogħqod.  Issa  għalihom  l-aktar  li  kien  importanti  f'ħajjithom, kien  sar  Ġesu'.

Min  jaf!  Tista'  tkun  kelma  ta'  ħabib  sinċier,  ħarsa   jew  tbissima,  jew  fatt  bħal  dan  li  jdaħħlek  f'relazzjoni  intima'  ma'  Ġesu'.  Id-dinja  tallum  għandha  ħafna  x' toffri  biex  taljena  lil  bniedem,  speċjalment  liż-żgħażagħ, li  bħal  blanzun  ta'  warda  friska,    ikun  se  jiftaħ  biex  juri  l-ġmiel  tagħha.  U  lil  minn  jixraq  il-ġmiel  tal-warda, jekk  mhux  lil  Alla  li  ħalaqha?.  Fiż-żmien  tallum,  nisimgħu  bi  tfajliet  u  ġuvenur li  joffru  lil  Alla  sentejn  jew  ftit  aktar  minn  hajjiethom  bħala  Missjunarji  lajċi.  Dan hu  ħsieb  qaddis  u  ta'  minn  jinkorraġġih.  Iżda  kemm  hu  aktar  nobbli  u  qaddis,  li  tfajla jew ġuvni  jagħtu  ħajjithom  kompletament  lil   Alla, hekk  li  jsiru  Proprjeta' Assoluta  tiegħu ?! 

Kif  il-ħajja  taż-żwieg  hi  sabiħa  u  meħtieġa, biex  tiġġenera  l-ħajja  fuq  il-Kmand  ta' Alla,  daqstant  ieħor, il-ħajja  Reliġjuża -  li  qatt  m'hi  se  tispiċċa - hi  sabiħa  u  dejjem  awtentika  għax  ġejja  minn  Alla.  Il-Mulej  żgur  li  għadu  jsejjaħ.  Il-gwaj  hu, li  d-dinja  qiegħda  turi  kollox  sabiħ  f' ħolm  li  ma'  fihx  ħlief  illużżjoni  u  falsita' biex  tnissi  il-verita'  waħdanija--- li  Alla  biss  jimla  l-qalb  tal-bniedem.

Għandna  eżempju  konkret  ta'  Santa  Tereżina  tal-Bambin  Ġesu'. Tfajla  ta'  15  il-sena, timida  imma  ta'  qalb  kbira  li  iġġennet  għal  wara  Ġesu', tant  li  ħalliet  kollox, fostom  lil  għażiż  missierha  li  tant  kienet  tħobb  u  lil  ħutha, biex  tidħol  fil-Karmelu  Tereżjan  ħalli  tgħix  ħajja  moħbija  ta'  mħabba, talb, u  sagrifiċċju  biex  issalva  ħafna  erwieħ. F'għajnejn  id-dinja  dan  żgur  deher  ġenn, tfajla  moħlija,  frustrata, imma  ħafna  jafu  bit-tweġiba  li  tana  Alla  biha.  Saħansitra  il-Knisja, għamlitha  Patruna  tal - Missjonijiet,  meta  qatt  ma  ħarġet   mill-Klawsura.

Nies  imdejqa  fid-dinja  hawn  kemm  trid, avolja  jgħidu  li  ma  jonqoshom  xejn, għax  għandhom  kollox.  Aħna  bil-kuntralju  ta'  dak  li  taħseb  fuqna  id-dinja,  aħna  l-aktar  nies  ixxurtjati,  għax  bħal  l-appostli  sibna  it-teżor  prezzjuż, lil  Ġesu'  Kristu,  li  kuljum  issaħħarna  mis-sbuħija  u  l-imħabba  ġenwina  Tiegħu.  }allejna  kollox,  għax  sibna  'l Kollox.

Inti  tfajla  li  qiegħda  tfittex  fejn  tinsab  il-vera  paċi  u  il-ferħ  ġenwin, nistiednek  biex  tagħmel  kuraġġ  waqt  li  twarrab  kull  tħassib  u  biża' tal-Klawsura, u  tasal  wasla  sa  għandna  f'Bormla. Ġimgħa  jew  aktar  ta'  esperjenza  bejn  l-erba' ħitan  imbierka  tal-Karmelu, żgur   li  jagħtuk  dak  li  qalbek  ilha  tixtieq  u  tfittex.  Dan  qiegħda  ngħidulek  mill-esperjenza  tiegħi. Li  tiltaqa' ma'  Alla  li  jħobbok  tassew  hija  avventura  ta'  ferh  kbir,  li  tissorprendik  għal ħajtek  kollha.  Għal  daqstant  imħabba,  għax  Hu  ħabbek  l - ewwel, x' jimporta  li  tgħaddi  ħajtek  ma'  Alla  fil-Klawsura  Tereżjana??

Nagħlaq  bi  ħsieb  ta'Santa  Tereżina  tal-Bambin  Gesu'  fejn  tgħidielna: "Meta  qalb  tħobb,  din  tagħti  bla  ma'  tqis"

(Sr.Celina) - April 2003.