Sorijiet tal-Klawsura S. Margerita
  • strict warning: Non-static method view::load() should not be called statically in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/views.module on line 842.
  • strict warning: Declaration of content_handler_field::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/cck/includes/views/handlers/content_handler_field.inc on line 208.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_validate() should be compatible with views_handler::options_validate($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_submit() should be compatible with views_handler::options_submit($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_style_default::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_style_default.inc on line 25.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_validate() should be compatible with views_plugin::options_validate(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_submit() should be compatible with views_plugin::options_submit(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.

Imħabba għal imħabba

Ikun Imfaħħar Ġesu Kristu u l-Omm tiegħu Verġni Marija, ninġabru għat-talb ħuti biex infaħħru lill-Mulej" 

Din hija is-sejħa li is-soru Tereżjana tal-klawsura tisma' kull filgħodu biex tqum malajr mis-sodda ħalli flimkien ma ħutħa s-sorijiet tibda l-ġurnata tagħha ta' talb u xogħol.  F'isem il-Knisja kollha s-soru tal-Klawsura tirringrazzja lil Alla tal-jum ġdid li jkun beda, mhux biss, imma wkoll ta' dak kollu li jkun ġej fuqha f'dak il-jum, sew jekk ikun jgħoġobha u sew jekk le għax kull ma jibgħat Alla żgur se jkun ta' ġid.  B'dan il-ħsieb f'moħħha hija tieħu sehem fil-Liturġija tas-siegħat u fit-talb l-ieħor tal-Komunita, kif ukoll fix-xogħol, biex tagħti glorja lil Alla f'isem l-umanita' kollha, l-aktar għal dawk li mhux biss ma jgħarfuhx imma anke jiddisprezzawh.

Permezz ta' din il-ħajja tagħha ta' talb, xogħol u sagrifiċċji, is-soru Tereżjana tkun qiegħda tgħin biex Alla jxerred fuq l-umanita' l-grazzja tiegħu għas-salvazzjoni ta' kulħadd.  Barra minn dan il-ħsieb ġenerali, is-soru Tereżjana għandha impenn speċjali li titlob għas-Saċerdoti, għax mill-qdusija tas-Saċerdoti tiddependi ħafna l-qdusija tal-fidili.

Bla ebda dubbju l-idejal ta' Soru Tereżjana huwa sabiħ, imma jitlob impenn serju u sagrifiċċju.  Imma xejn ma jimporta għax Alla, meta jsejjaħ u jagħti missjoni, jagħti wkoll dak kollu li jkun meħtieg biex dak li jkun iwettaq dik il-missjoni.  Dan narawh iseħħ fil-Qaddisin.  Għandna l-eżempju  ta' Santa Tereża tal-Bambin Ġesu', li dalwaqt ikollna magħna r-Relikwi tagħha.  Kienet tfajla marradija, daħlet soru ta' ħmistax il-sena, għaddiet bilkemm disa' snin bħala soru Tereżjana, mardet bit-T.B., pero' dejjem għarfet tgħix b'impenn sħiħ' għak-kost ta' kull sagrifiċċji, is-sejħa tagħh a u saret qaddisa kbira.

X'jigbidha lis-Soru Tereżjana biex tgħix din il-ħajja ta' Talb, xogħol u sagrifiċċju?  Xejn ħlief l-Imħabba!  Mill-espejenża tagħha stess tagħraf l-imħabba kbira li Ġesu' għandu lejha.  Għalhekk hija tagħmel minn kollox biex trodd lura dik l-imħabba.  Bħal Santa Tereżina hija tipprova li lil Gesu' ma tiċħadlu xejn.  Min jista' jgħaddi lil Ġesu' fil-ġenerożita' tiegħu?  Aktar ma tagħtih, aktar Huwa jagħtik; u aktar ma jagħtik , inti tħoss li għandek tagħtih imħabba li tissarraf bl-opri.  Għax iħobbna, Ġesu' qatt ma jħalliena weħidna meta jitlob minna xi ħaga.  Anżi Hu l-ewwel jagħtina l-qawwa permezz tal-grazja tiegħu u wara jitlobna dak li jkun irid minna biex inkunu nistgħu ngħidulu "IVA".  |gur li hekk jagħmel fl-istorja tal-vokazzjoni ta' kull ruħ ikkonsagrata.  Fir-ruħ u fl-ispirtu ta' dik li jkun għażel, Ġesu' ipoġġi dawk il-karatteristiċi meħtiega biex tkun tista' twieġeb għas-sejħa tiegħu. Għalhekk min iħoss li l-Mulej qiegħed isejjaħlu għall-Karmelu Tereżjan m'għandux għax jibża' jew jaqta' qalbu għax Ġesu', jekk iridek għalih, diġa poġġa fik iż-żerriegħa ta' dawk id-dispożizzjonijiet li għandek bżonn għall-vokazzjoni tiegħek.

Jiena diġa ilni reliġjuża 44 sena u Ġesu' qatt ma naqasni fl-iċken ħaga.  Ninsab kuntenta minkejja dak kollu li niltaqa' miegħu.  Mela kuraġġ.  Ġesu' qiegħed jistennik troddlu lura l-imħabba kbira li biha ħabbek sa minn dejjem.

Sr.Eliżabetta tat-Trinita’ O.C.D