Sorijiet tal-Klawsura S. Margerita
  • strict warning: Non-static method view::load() should not be called statically in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/views.module on line 842.
  • strict warning: Declaration of content_handler_field::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/cck/includes/views/handlers/content_handler_field.inc on line 208.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_validate() should be compatible with views_handler::options_validate($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_submit() should be compatible with views_handler::options_submit($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_style_default::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_style_default.inc on line 25.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_validate() should be compatible with views_plugin::options_validate(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_submit() should be compatible with views_plugin::options_submit(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.

Ferhana u Rikonoxxenti

 
Mhux biss il-Patrijiet izda s-sorijiet Terezjani tal-klawsura, f’Bormla, jilqghu zghazagh biex jghaddu xi jiem fil-komunita’ maghhom. Li gej huma ftit impressjonijiet li Margaret Azzopardi ghogobha tikteb ghalikom tfajliet bhalha.
 
F’Mejju 2002, jiena ghaddejt gimgha fil-Monasteru Santa Margerita tas-Sorijiet Terezjani f’Bormla.
 
Bqajt sejra hemm ezatt wara x-xoghol. Meta wasalt is-sorijiet kienu jaghmlu l-orazzjoni. U mall-ewwel dhalt f’ccerta trankwillita’ ghax hassejt mohhi jistrieh.
 
Waqt l-ikel f’refettorju maqsum b’zewg ringieli mwejjed, bil-madre u soru ohra faccccata, jiena harist fiss lejn uhud mill-uccuh quddiemi u tkellimt ma’ x’uhud. Sirt naf bosta minnhom matul iz-zewg perjodi ta’ rikrejazzjoni li jsiru wara l-ikel ta’ nofs in-nhar u ta’ filghaxija. Waqt il-hin tar-rikrejazzjoni jitkellmu u jiccccajtaw tghidx! Imma mhux hekk biss. Tiskanta kemm jghamlu xoghol ta’ l-idejn sabih! Lili ghalmuni naghmel l-aggorn.Trid tarani fil-granet li ghaddejt maghhom kif kont nistenna b’herqa li jghaddi l-hin ta’ l-ikel biex kont nigri nintasab l-ewwel wahda ha nkompli x-xoghol tal-purifikaturi bl-aggorn.
 
Il-gurnata fil-monasteru hija mimlija u mzewqa b’kollox, talb u xoghol. Jitolbu t-talb kollu tal-Brevjar (l-Ufficcccju Divin) fil-Kor fejn jiltaqghu seba’ darbiet kuljum. Waqt it-talb tal-Brevjar laqtitni verita’ b’mod qawwi: li Alla jaghti b’idejh miftuha lil min ikun generuz mieghu. Dak il-hin hassejt x’jghidli li Alla dejjem jaqla’ u jaghti l-grazzji ghat-talb ta’ dawn is-sorijiet. Ghax is-sorijiet ma jitolbux ghalihom infushom izda ghall-intenzjonijiet tal-Knisja u ta’ dawk li jixtiequ xi talb. Qaluli li bosta jccemplu, ohrajn jiktbu u sahansitra jkun hemm min jigi jara s-sorijiet apposta biex jitolbuhom ghal xi intenzjoni speccjali.
 
Nghid ghalija, qabel ma ghamilt din l-esperjenza mas-sorijiet fil-monasteru taghhom, qatt ma stajt insib hin biex naqbad brevjar u nitlob xi Ghasar (it-Talb ta’ filghaxija). Izda issa rajt x’importanza ghandu talb bhal dan, u qeghdha naghmlu.
 
Il-gimgha li ghaddejt maghhom vera kienet gejja minn Alla, ghax ghall-ewwel ma xtaqtx immur. Izda ghamilt sforz biex ittawwalt u kellimt lill-Madre. Fost affarijiet ohra qaltli kif inhi mqassma l-hajja taghhom u bhal dahlet fija kurzita’ biex induq mill-qrib dak li kienet tghidli. Stednitni biex nigi u noqghod kemm joghgobni. U jiena wegibt li jkun sew li naghmel gimgha shiha, biex b’hekk nara x’jaghmlu gurnata wara l-ohra.
 
U ma iddispacciniex. Ghaddejt gimgha fost l-ahwa ta’ familja religjuza. Nizzi hajr lil Alla u nitolbu li jpatti lis-sorijiet ghal mitt darba aktar ghal kull ma ghamlu mieghi. Meta mort lura d-dar, hija, meta rani li gejt lura ferhana deher kuntent hafna wkoll bl-esperjenza li jien ghamilt.