Sorijiet tal-Klawsura S. Margerita
  • strict warning: Non-static method view::load() should not be called statically in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/views.module on line 842.
  • strict warning: Declaration of content_handler_field::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/cck/includes/views/handlers/content_handler_field.inc on line 208.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_validate() should be compatible with views_handler::options_validate($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_submit() should be compatible with views_handler::options_submit($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_style_default::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_style_default.inc on line 25.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_validate() should be compatible with views_plugin::options_validate(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_submit() should be compatible with views_plugin::options_submit(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.

Beata Marija ta' Ġesu' Msallab

Il-Beata Marija, Mariam Baouardy, twieldet f’Abellin qrib Nazareth fil-5 ta’ Jannar 1846. Mariam twieldet wara li l-ġenituri tagħha għamlu pellegrinaġġ lejn is-santwarju tal-Madonna f’Betlehem biex ikollhom ulied. Ftit taż-żmien wara mietu l-ġenituri tagħha u għalhekk ġiet addottata minn ziju. Meta kellha 12 il-sena z-ziju ried iżewwiġha iżda hi rrifjutat għax kienet wegħedet lil Alla l-verġinita tagħha. Għalhekk kellha isofri ħafna minħabba li zijuha beda jittrattha bħala ilsiera. Kitbet lil huha u tat l-ittra li wieħed musulman biex iwassalielu. Dan stedinha biex issir musulmana iżda hija ċaħdet u għalhekk b’rabja taha daqqa ta’ ximitarra u ħanxrilha gerżumtha. L-ferita ta’ għonqa ġiet imfejqa b’mod mirakoluż minn reliġjuża li żgura li kienet il-Madonna.

Minn issa sakemm daħlet soru bdiet tgħaddi minn familja għall-oħra b]ala seftura. Kollha kienu kuntenti biha, imma hi qatt ma riedet tintrabat ma ħadd. Fl-1863 daħlet seftura f’Marsilja Franza u hawnhekk ippruvat tidħol soru tal-Karita, imbagħad mal-Klarissi imma ma ġietx ażżettata kif qaltilha l-Madonna. Fl-aħħar daħlet mas-sorijiet ta’ San Ġużepp. Hawn ukoll meta waslet biex tibda n-novizzjat ma ġietx aċċettata minħabba l-ħafna doni sopranaturali li kellha. 

Mariam ta 21 sena daħlet fil-Karmelu Tereżjan ta’ Pau, Franza fejn ħadet l-isem ta’ Sr. Marija ta’ Ġesu’ Msallab. Għalkemm kienet issejjaħ lilha nnfisha ‘ix-xejn ċkejken’ kienet mogħnija b’ħafna doni straordinarji fosthom, estasijiet, feriti ta’ mħabba, pjagi, bilokazzjonijiet, possessjoni anġelika u esperjenzi ta’ l-infern.

Fuq talba ta’ l-Isqof ta’ Mangalore marret hemm ma' xi sorijiet biex jibdew il-Karmelu Tereżjan hemmhekk. Minħabba il-ħafna grazzi straordinarji, inqala xi nuqqas ta’ ftehim u reġgħet lura lejn il-monasteru ta’ Pau. Ftit wara bdiet taħdem biex twaqqaf Monasteru f’Betlehem . Mejgħuna minn ħaddiehor ddesinjat l-monasteru u kienet tieħu ħsieb l-ħaddiema. Dak iż-żmien kienet diġa' marida u kienet taf li wasslet fl-aħħar ta’ ħajjitha, imma xorta baqgħet taħdem u tieħu ħsieb il-ħaddiema. Erbat ijiem qabel ma mietet waqt li kienet qed iġġorr żewt bramel ilma għall-ħaddiema waqgħet u kissret driegħha. Din ikkankratilha u kienet il-kawża tal-mewt tagħha.

Kien is-26 ta’ Awwissu 1878. Meta xterdet l-aħbar kulħadd beda jgħid ‘mietet il-qaddisa’. Hija ġiet ibbeatikifikata mill-futur Beatu l-Papa Ġwanni Pawlu II fit-13 ta’ Novembru 1983. Il-festa tagħha tiġi ċċelebrata fil-25 ta’ Awwissu.