Sorijiet tal-Klawsura S. Margerita
  • strict warning: Non-static method view::load() should not be called statically in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/views.module on line 842.
  • strict warning: Declaration of content_handler_field::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/cck/includes/views/handlers/content_handler_field.inc on line 208.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_validate() should be compatible with views_handler::options_validate($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_submit() should be compatible with views_handler::options_submit($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_style_default::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_style_default.inc on line 25.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_validate() should be compatible with views_plugin::options_validate(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_submit() should be compatible with views_plugin::options_submit(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.

Beata Maria Candida ta' l-Ewkaristija

Maria Barba twieldet Catazano l-Italja fis-16 ta’ Jannar 1884 fejn missierha Pietro kien imħallef għal xi żmien. Meta kellha sentejn reġgħu lura lejn Palermo, Sqallija, art twelidhom.

L-imħabba lejn l-Ewkaristija kibret magħha sa minn ċkunita. Hija stess tgħid li meta ommha kienet tiġi lura mill-quddies  kienet tmur tiġri tilqagħha biex tatiha lil Ġesu’. Ommha kienet titbaxxa sa ħdejha u tonfoħ bil-ħlewwa fuq xofftejha. Maria kienet tħalli lil ommha, kollha ferħana li  issa hi ukoll g]andha lil Alla ġo fiha.

Ta’ 15  il-sena kienet diġa' tħoss is-sejħa reliġjuża iżda kellhom jgħaddu 20 sena biex tista’ twettaq ix-xewqa tagħha għax tal-familja kienu kontra li tħaddan il-ħajja reliġjuża. Hija sofriet ħafna f’dan iż-żmien, imma żammet soda fil-fehma tagħha. Fl-aħħar, fil-25 ta’ Settembru 1919 ingħaqdet mas-sorijiet Karmelitani Tereżjani ta’ Raguza u ħadet l-isem ta’ Sr. Maria Candida ta’ l-Ewkaristija. Għaliha l-Ewkaristija kienet is-simbolu konkret ta’ l-imħabba infinita t’Alla lejn l-umanita. Fil-Karmelu hija riedet iżżomm kumpanija lil Ġesu’ fl-Ewkaristija. Fil-verita l-Ewkaristija ddominat il-ħajja spiritwali tagħha. Kienet l-Ewkaristja li tatha l-qawwa biex toffri ruħha vittma lil Alla fl-1 ta’ Novembru 1927.

 
Fl-1924 Sr. Candida ġiet eletta Prijura, kariga li damet fiha sa 1947 b’intervall qasir. F’dan iż-żmien qanqlet imħabba kbira lejn ir-Regula tal-Karmelu. Hija waqfet monasteru tereżjan f’Sirakuża u għenet biex il-patrijiet tereżjani jerggħu jmorru Sqallija. Hija kitbet trattat żgħir fuq l-Ewkaristija, frott ta’ l-esperjenza Ewkaristika tagħha.
Bla dubju ta’ xejn il-Verġni Marija hija l-mudell ta’ kull ħajja Ewkaristika. Hija li ġarret fir-ġuf tagħha lil Ġesu’ u li għadha twelldu fir-ruħ tad-dixxipli tiegħu. Il-beata Candida tikteb ‘Irrid inkun bħal Marija, li nkun Marija għal Ġesu’. Meta nirċievi lil Ġesu’ fit-tqarbin, Marija dejjem tkun hemm. Irrid nirċievi lil Ġesu’ minn idejHa’.

Għal Madre Candida l-Ewkarijtija hija skola, hija laqgħa ma' Alla, hija għaqda ta’ qlub, skola ta’ virtu u għerf. ‘Nitlob lil Ġesu’ biex inkun il-għassiesa tat-Tabernakli kollha tad-dinja sa l-aħħar  taż-żminijiet.’

Wara li sofriet xhur ta’ tbatijiet kbar il-Mulej sej]ilha għandu fit-12 ta’ Ġunju 1949. Kienet il-festa tat-Trinita Qaddisa. Giet ibbeatifikata mill-Papa Ġwanni Pawlu II fil-21 ta’ Marzu 2004.