Sorijiet tal-Klawsura S. Margerita
  • strict warning: Non-static method view::load() should not be called statically in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/views.module on line 842.
  • strict warning: Declaration of content_handler_field::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/cck/includes/views/handlers/content_handler_field.inc on line 208.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_validate() should be compatible with views_handler::options_validate($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_handler_filter::options_submit() should be compatible with views_handler::options_submit($form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/handlers/views_handler_filter.inc on line 589.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_style_default::options() should be compatible with views_object::options() in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_style_default.inc on line 25.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_validate() should be compatible with views_plugin::options_validate(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.
  • strict warning: Declaration of views_plugin_row::options_submit() should be compatible with views_plugin::options_submit(&$form, &$form_state) in /home/teresian/public_html/sites/all/modules/views/plugins/views_plugin_row.inc on line 135.

Ix-Xogħol Tagħna

Il-vokazzjoni tagħna … il-kariżma tas-soru Tereżjana hija t-talb.  Fil-fatt, kuljum, matul il-ġurnata, hemm 7 darbiet fejn nieqfu biex immorru nitolbu flimkien il-kor quddiem l-Ewkaristija.

Barra minn hekk għandna ukoll satejn orazzjoni, waħda filgħodu u oħra filgħaxija fejn kull waħda minna toqgħod fis-skiet ma’ Ġesu’ l-Għarus tagħna.  Hekk tmur tgħidilna l-Omm Tagħna Sta. Tereza:

“It-talb huwa taħdida ta’ qalb ma' qalb ma dak li nafu li żgur li jħobbna”

Pero aħna familja u għalhekk barra l-waqtiet tat-talb hemm xogħol ieħor li jrid isir ta’ kuljum bħal kull familja normali.

L-ewwelnett hemm il-Madre Prijura li tieħu ħsieb tanima l-komunita bħalma l-ġenituri jieħdu ħsieb l-uliedhom.

Aħna ukoll irridu nieklu u għalhekk hemm sorijiet li jieħdu ħsieb it-tisjir ta’ l-ikel. Ikun hemm zewg sorijiet fil-kċina li jinbidlu kull Ġimgħa.  Imbagħad insibu d-dispensiera li tieħu ħsieb ir-reffetorju u dak kollu li hemm bzonn minbarra l-ikel.

Jiġu nies jew biex ikelmuna  jew jitolbuna nitolbu għalihom jew xi bżonn ieħor u għalhekk hemm sorijiet li jieħdu ħsieb il-parlatorju biex jilqgħu lil kull min jiġi jħabbat il-bieb tagħna.

Aħna nies normali u għalhekk jiġu mumenti fejn iżurna l-mard u għalhekk insibu l-infermiera li tiegħu ħsieb is-sorijiet li jkunu morda jew li għandhom xi bzonnjiet partikolari. 

Hemm ukoll sorijiet li jieħdu ħsieb tal-ħwejjeg tal-knisja bħal albi, triegħ u purifikaturi.  Filwaqt li nsibu sorijiet oħra li jagħmlu xogħolijiet oħra ta’ ħjata, ta’ devozzjonijiet bħal-labtijiet u ħwejjeg oħra li jservu ukoll bħala parti mid-dħul għal-monasteru.

Barra minn dan kollu għandna l-ħsieb il-knisja u għalhekk nsibu s-sagristani li jkunu tnejn u jieħdu ħsieb il-kor u l-knisja kemm bħala tindif u kif ukoll armar għal festi u preparazzjoni ta’ kuljum - Iċ-Ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija li hi l-għajn u l-quccata tal-vokazzjoni tagħna. Għall-quddiesa jieħdu ħsiebna l-patrijiet Tereżjani ta’ Bormla. 

Insibu sorijiet ohra li jieħdu ħsieb it-tindif tal-monasteru biex b’hekk inkunu nistgħu ngħixu fl-indafa.

Fl-aħħarnett insibu l-Ekonoma li tieħu ħsieb dak kollu li għandu x’jaqsam mad-dħul u ħruġ tal-flus tal-komunita. Għandna  l-prokuratur li huwa wieħed mill-patrijiet tagħna li jgħinna fix-xogħol tal-Ekonoma.

Fil-monasteru għandna ġnien u kjostru bis-siġar u għalhekk hemm soru partikolari li tieħu ħsiebu mejgħuna minn persuna oħra li tigi kull tant żmien biex tieħu ħsieb il-bexx u żbir tas-siġar u ħrit tal-ġnien.

Bħalissa dawn l-ufficcji tax-xogħol jinbidlu kull 6 xhur ghax il-bidla hija ta’ ġid għal kulhadd imma wisq aktar għas-soru Terezjana.

Jekk trid tkun taf il-ħinijiet kif inqassmu l-ġurnata  tagħna kklija fuq l-orarju tagħna.