O San Ġużepp l-aktar ħelu, Missier u xempju tal-aħwa mogħtija għall-qadi ta’ Alla, li għarraft lill-Omm tagħna Santa Tereża bil-qawwa tal-ħarsien u t-tjieba tal-qalb tiegħek ta’ Missier, agħti widen għat-talba umli u mħeġġa tagħna.
Ikun Imfaħħar Ġesu Kristu u l-Omm tiegħu Verġni Marija, ninġabru għat-talb ħuti biex infaħħru lill-Mulej"
Fil-ħajja tagħna fil-klawsura Tereżjana l-aqwa xogħol tagħna huwa t-Talb u l-Presenza ta’ Alla. Pero dan huwa magħġun f’ħajja normali ta’ bnedmin li aħna. Dan qegħda ngħidu għax ġieli xi ħaddiema li jkollna jaħdmu fil-monasteru jgħamlulna ċerti mistoqsijiet vera strambi! per eżempju: “veru li intom ikollkom it-tebut taħt is-sodda?!” etc. etc. Mela aħna nibdew il-ġurnata tagħna hekk:
Forsi xi wħud li jaqraw dan l-artiklu jgħidu: “Kif jista’ jkun li soru dejjem magħluqa, tal-klawsura, tkun ferħana?” Ngħidilkom għaliex. Ninsab ferħana għax qegħda ngħix Miegħu – taħt is-saqaf ta’ daru għal 24 siegħa kuljum. Ġesu’ jokkupa l-ispazju tal-klawsura. Fejn jinsab Hu hemm il-ferħ u l-paċi.
Mhux lakemm soru tal-klawsura tohrog mill-monasteru, izda kultant jinholqu okkazjonijiet mhux tas-soltu. Illum se ngibu raguni wahda minnhom.
29 ta’ Ottubru, festa ta’ Kristu Re u jien tlaqt mid-dar biex nibda nghix il-hajja li Alla kien ghogbu jsejjahli ghaliha sa minn ckuniti… li nkun soru Terezjana. Ghalkemm accettajt bil-qalb l-istedina tal-Mulej u kont imxenqa li jasal dan il-jum, il-firda minn dawk kollha u minn dak kollu li kont inhobb u nghozz, hassejtha […]
Ghalija l-hajja kontemplattiva hija rigal ta’ min japprezzaha hafna. Naf kemm hija sabiha u ma nibdihha ma’ ebda vokazzjoni ohra.
Mhux biss il-Patrijiet izda s-sorijiet Terezjani tal-klawsura, f’Bormla, jilqghu zghazagh biex jghaddu xi jiem fil-komunita’ maghhom. Li gej huma ftit impressjonijiet li Margaret Azzopardi ghogobha tikteb ghalikom tfajliet bhalha. F’Mejju 2002, jiena ghaddejt gimgha fil-Monasteru Santa Margerita tas-Sorijiet Terezjani f’Bormla.
Qatt smajtha din is-sejħa mingħand Ġesu’? Ma naħibx li stajt smajtha hekk bħlma tisma’ kliem ieħor tal-bnedmin, imma b’mod ieħor, IVA. Kif? Ġesu’ jistedinna nimxu warajh billi jqanqalna ħalli nogħġbuh, inħobbuh u nagħmlu r-rieda tiegħu.