Talba lil San Ġużepp għall-Vokazzjonijiet Tereżjani

11
Dec

O San Ġużepp l-aktar ħelu, Missier u
xempju tal-aħwa mogħtija għall-qadi ta’
Alla, li għarraft lill-Omm tagħna Santa
Tereża bil-qawwa tal-ħarsien u t-tjieba
tal-qalb tiegħek ta’ Missier, agħti widen
għat-talba umli u mħeġġa tagħna.

O San Ġużepp l-aktar ħelu, Missier u
xempju tal-aħwa mogħtija għall-qadi ta’
Alla, li għarraft lill-Omm tagħna Santa
Tereża bil-qawwa tal-ħarsien u t-tjieba
tal-qalb tiegħek ta’ Missier, agħti widen
għat-talba umli u mħeġġa tagħna.

Mil-qalb saċerdotali ta’ Ġesu’, aqla’
għall-Karmelu Tereżjan f’Malta għadd ta’
żgħażagħ ġenerużi li, filwaqt li bħalek
ikunu fidili fil-qadi ta’ Alla u mħarrġin
f’ħajja ta’ talb, ikunu xhieda tal-Evanġelu
u mexxejja mdawla tal-oħrajn, għall-ġieħ
tal-isem ta’ Ġesu’, Bin Marija, Għarusa
tiegħek u Omm tagħna.

Ammen

Leave a Comment