Fil-ħajja tagħna fil-klawsura Tereżjana l-aqwa xogħol tagħna huwa t-Talb u l-Presenza ta’ Alla. Pero dan huwa magħġun f’ħajja normali ta’ bnedmin li aħna. Dan qegħda ngħidu għax ġieli xi ħaddiema li jkollna jaħdmu fil-monasteru jgħamlulna ċerti mistoqsijiet vera strambi! per eżempju: “veru li intom ikollkom it-tebut taħt is-sodda?!” etc. etc.
Mela aħna nibdew il-ġurnata tagħna hekk:
Fil-ħajja tagħna fil-klawsura Tereżjana l-aqwa xogħol tagħna huwa t-Talb u l-Presenza ta’ Alla. Pero dan huwa magħġun f’ħajja normali ta’ bnedmin li aħna. Dan qegħda ngħidu għax ġieli xi ħaddiema li jkollna jaħdmu fil-monasteru jgħamlulna ċerti mistoqsijiet vera strambi! per eżempju: “veru li intom ikollkom it-tebut taħt is-sodda?!” etc. etc.
Mela aħna nibdew il-ġurnata tagħna hekk: Fil-5.30 a.m. Inqumu. Waħda mis-sorijiet ikollha l-ħsieb tqajjem lill-oħrajn. (xogħol li nehduh ġimgħa kull wieħed) Din tieħu ħsieb tqum ftit qabel biex fil-5.30 toħroġ mill-kamra tagħha, tmur f’nofs il-kurutur, taqbad Iċ-ċuqlajta li jkun hemm imdendla apposta, tħabbatha għal tlett darbiet u b’vuċI ċara tgħid: “Ikun Imfaħħar Ġesu’ Kristu, l-Omm Tiegħu Verġni Marija, għal l-orazzjoni ħuti, biex infaħħru lill-Mulej” Terġa idendel Iċ-ċuqlajta f’postha u tara jekk is-sorijiet xegħlux id-dawl tal-kamra tagħhom, għax dan ikun sinjal li qamu. Jekk ma jixgħelux, tħabbtilhom ftit mal-bieb sakemm iwiegbu: “Deo Gratias” Mela kulħadd iqum, jinħasel, jilbes u jlesti ħalli jinżel għat-Talb. Min irid jista’ jieħu xi ftit te jew kafe skond ma jkollu bżonn. Fil-5.50a.m. nibdew it-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum (l-ewwel parti ta’ L-Uffuċċju Divin) Fis-615a.m. nibdew is-siegħa ta’ l-Orazzjoni. Waħda mis-sorijiet taqra xi silta mill-Kotba Imqaddsa, ġeneralment tkun mill-Qari tal-Quddiesa. Wara kulħadd ikompli t-talb personali, fis-skiet u l-ġabra. M’aħniex obligati nibqghu fil-Kor (i.e. fil-kappella tagħna) Iżda nistgħu immorru fejn l-aktar jogħgobna u jgħinna nibqgħu miġburin fl-imħabba u l-Presenza ta’ Alla. Iżda xħin idoqqu s-7.00 nieħdu ħsieb nerġgħu nidħlu l-Kor biex nispiċċaw is-siegħa ta’ l-Orazzjoni flimkien. Fis-7.15a.m. ikollna l-Quddiesa u Tqarbin flimkien man-nies. Wara nibqgħu ftit ħin fis-skiet bħalha ringrazjament ta’ wara t-tqarbin. Fil-pront wara ngħidu parti oħra ta’ l-Ufficcju Divin i.e. It-Talba ta’ nofs il-Jum. F’xi 8.00 a.m. nieħdu l-breakfast u kulħadd jieħu ħsieb iwettaq ix-xogħol li jkollu jagħmel – tisjir, tindif, ħasil, ħjata, xogħol fil-ġnien jew fid-dar. Fl-12.15 p.m. ikollna parti oħra mill-Uffiċċju Divin – It-Talb ta’ Nofs in-Nhar.Eżami tal-Kuxjenza.
Refettorju.
Rikrejazzjoni sas- 1.45p.m.
Vista lil Ġesu’ Sagramentat u ħin liberu imma fis-skiet. Fit-3.15p.m. Ufficcju Divin ; It-Talba tat-3.00 pm.
Qari Spiritwali (kulhadd għalih waħdu) Fl-4.30p.m. Xogħol (min irid jista’ jieħu xi te jew kafe) Fil-5.35 p.m. F’din is-Sena ddedikata għar-Rużarju qegħdin ngħidu r-Rużarju flimkien.
Fis-6.00p.m. Uffiċċju Divin. L-Għasar jew it-Talba ta’ filgħaxija.
Fis-6.15p.m. Siegħa Orazzjoni bħal fil-għodu. Fis-7.15p.m. Refettorju u Rikrejazzjoni Fit-8.30p.m. Uffiċċju Divin. It-Talba ta’ Għeluq il-Jum.Silenzju Rigoruż. Ħin liberu fis-skiet u l-ġabra. Fl-9.45pm. Uffiċċju Divin. L-Uffiċċcu tal-Qari.
Sentenza Spiritwali li jkun jaqbel mal-meditazzjoni ta’ l-għada.
Benedizzjoni tal-Madre Prijura.
Mistrieh. Kull ġurnata qiesha dejjem l-istess għax bl-istess ħinijiet, Iżda nistgħu ngħidu li kull ġurnata hija dejjem ġdida wkoll għax Alla huwa dejjem ġdid u dejjem għandu l-mod Tiegħu biex jiġi jiltaqa’ magħna. Ħaġa oħra wkoll, ta’ bnedmin li aħna, aħna mhux dejjem inkunu disposti l-istess. Kultant b’saħħitna u nifilħu għal kollox, u xi drabi rridu ngħamlu sforz biex għall-imħabba ta’ Alla niġbru tibna mill-art. L-aħħar ħaġa li sewwa ma ninsiex hija li fil-ħajja tagħna fil-Klawsura ikollna wkol xi ġranet ta’ Festa. Ikollna ħinijiet itwal ta’ rikrejazzjoni. Matul il-ġurnata nkunu nistgħu nitkellmu, nidhku iniċċajtaw iinkantaw kemm iridu. Fir-Refettorju wkoll ikollna xi ħaġa aktar tajba minn tas-soltu u anke inkunu nistghu nitkellmu waqt l-ikel. Filgħaxija nidħlu nistrieħu xi ftit qabel mis-soltu wkoll. Insibu min jistaqsiena:”imma ma tiddejqux, dejjem l-istess?” “Le! Għax meta għandna lil Alla,ma jonqosna xejn!
“Intom sewwa! Kollox f’ħinu. etc. etc”