Santa Eliżabetta tat-Trinita’

27
Feb

Eliżabetta Catez twieldet fil-kamp militari ta’ Avord, Franza fit-18 ta’ Lulju 1880. Tlett snin wara twieldet oħtha Margerita. Ta’ 7 snin tilfet lil missierha.

Eliżabetta Catez twieldet fil-kamp militari ta’ Avord, Franza fit-18 ta’ Lulju 1880. Tlett snin wara twieldet oħtha Margerita. Ta’ 7 snin tilfet lil missierha.

Kellha karattru sensibli ħafna, trid tgħaddi tagħha u tfur malajr. Meta kellha 7 snin għamlet l-ewwel qrara u għamlet f’moħħha li tiġġieled bis-sħiħ il-karattru tagħha. Hija ssejjaħ dan il-jum ‘il-ġurnata tal-konversjoni tiegħi’. Din il-ġlieda damet sakemm kellha 19 il-sena. Meta għamlet l-ewwel tqarbina marret ma ommha il-Karmelu ta’ Dijon fejn iltaqgħet mal-Madre. Wara jumejn kitbitilha: ’Binti hemm misteru kbir moħbi wara ismek… inti jismek Dar ta’ Alla. Hemm qegħdin jgħammru t-Tlieta li inti tħobb.’ Minn dak il-jum Sabeth għexet tassew fil-fond din il-verita.

Ta’ 14 il-sena ħasset li Ġesu’ qed jitlobha li tkun l-għarusa tiegħu. Iżda ommha mhux biss ma ħallitiex tidħol soru imma lanqas ħallietha tersaq lejn il-Karmelu li kien viċin tagħhom. Għalkemm qalbha kienet ġa’ fil-Karmelu, Sabeth ma’ nqatgħetx mid-dinja. Hija kienet  pjanista mill-aqwa u kulhadd kien jara futur sabiħ għalija. Hija kienet tgħin fl-parroċċa bit-tagħlim tal-katekiżmu, ddoqq l-orgni u tiegħu ħsieb iż-żgħazagħ.

Ommha tatha l-permezz biex tidħol fil-Karmelu ta’ Dijon meta kellha 21 sena. Daħlet fit-2 ta’ Awwissu 1901 u libset il-libsa Karmelitana fit-8 ta’ Diċembru ta’ l-istess sena bl-isem ta’ Sr. Eliżabetta tat-Trinita. In-novizzjat għaddietu fi tbatija kbira tar-ruħ. Imma wara l-professjoni l-ħajja spiritwali tagħha faret bil-grazzji spiritwali. Il-vokazzjoni tagħha fil-knisja bdiet taraha bħala ‘avvent ieħor’ li jħejji l-Inkarnazzjoni tal-verb fl-erwieħ.

‘Min iħobbni, iħares kliemi u Missieri jħobbu u niġu ngħammru għandu’ 

Fuq dan il-kliem ta’ Ġesu’ Elizabetta bniet il-ħajja spiritwali tagħha. Hi kienet tgħix dejjem maqgħuda mat-Trinita’ li kienet tesperjenza ġo fiha. Mhux biss għixitha, imma għallmitha lil ħaddieħo. Lill-oħha kitbitilha 13 il-meditazzjoni li semmiethom ‘Kif issib il-Ġenna fl-art’. Fuq talba tal-Prijura kitbet il-meditazzjonijiet kollha ta’ l-aħħar irtir li għamlet.

F’Ġunju tal-1903 mardet bl-Addison Disease. It-tbatija tal-marda għaqqditha dejjem iżjed ma’ Kristu Msallab biex tbati għall-erwieħ u l-ġid tal-Knisja. Hija bdiet issejjaħ lilha nfisha Tifħir tal-Glorja għax hekk xtaqet li tkun il-ħajja tagħha, mhux biss fl-eternita, imma wkoll sa minn issa.

F’Novembru 1904 kitbet it-talba lit-Trinita fejn uriet f’liema livell għoli kienet waslet l-għaqda tagħha mat-Trinita. L-aħħar kelmiet tagħha kienu ‘sejra lejn id-dawl, lejn l-Imħabba, lejn il-ħajja’. Kien id-9 ta’ Novembru 1906 . Ġiet proklamata Beata mill-Papa Ġwanni Pawlu II fil-25 ta’ Novembru 1984.

Leave a Comment