
Maria Lopez de Rivas twieldet fit-18 ta’ Awwissu 1560 f’Tartanedo, Spanja. Meta kellha 4 snin miet missierha u billi ommha reġgħet iżżewġet ġiet mogħtija lil zijuha biex jieħu ħsiebha u jedukaha. Kienet għadha tifla meta ġiet meħlusa mill-għarqa fix-xmara Gallo mill-Madonna.
Maria Lopez de Rivas twieldet fit-18 ta’ Awwissu 1560 f’Tartanedo, Spanja. Meta kellha 4 snin miet missierha u billi ommha reġgħet iżżewġet ġiet mogħtija lil zijuha biex jieħu ħsiebha u jedukaha. Kienet għadha tifla meta ġiet meħlusa mill-għarqa fix-xmara Gallo mill-Madonna.
Ta’ 17 il-sena daħlet soru mal-Karmetlitani Tereżjani f’Toledo. Fit-12 ta’ Awwissu ħadet il-libsa ta’ Soru Tereżjana u bdiet tissejjaħ Sr. Maria ta’ Ġesu’. Sta. Tereża kienet ferm kuntenta biha għax għarfet li ‘għad tkun xi ħaġa kbira’. Fin-novizzjat mardet ħafna u s-sorijiet kienu fid-dubju jekk jaċċettawhiex għall-professjoni. Kellha tkun wkoll Sta. Tereża li tgħid is-sorijiet biex iħalluha tipprofessa.
Sr. Maria mill-bidu tal-ħajja reliġjuża tagħha ngħatat għall-ħajja ta’ talb u ħerqa kbira li tbati għal Ġesu’. Hu aċċetta x-xewqa tagħha billi taha l-pjagi f’idejha, f’riġlejha u l-kustat. Kienet wkoll tħoss f’rasha l-uġiegħ tal-kuruna tax-xewk. Qdiet l-uffiċċji ta’ sottoprijura, kunsilliera, maestra tan-novizzi u Prijura. Ħadet sehem fit-twaqqif tal-monasteru ta’ Cuerva. Ġiet imneħħija minn Prijura fuq akkużi nġusti li sarulha. Hija ġarret dawn l-akkużi għal 20 sena b’ħafna umilta, sabar, karita u sottomissjoni. Meta ġew iċċarati dawn l-akkużi hi reġgħet saret Prijura u wara Maestra tan-novizzi, kariga li qdiet sa l-aħħar ta’ ħajjitha.
Il-beata Marija kellha devozzjoni kbira lejn il-Qalb ta’ Ġesu’ u d-demm Prezzjuż Tiegħu. Hija għexet b’mod l-aktar perfett l-ideal li St. Tereża kienet poġġiet għas-sorijiet tagħha: li jgħixu bil-perfezzjoni possibli l-kunsilli evanġeliċi, hekk li bit-talb u l-penitenza tagħhom jaslu għall-għaqda ntima ma’ Alla u jaqilgħu minn għandu kull ma jitolbuH.
Hija kienet imżejna b’għerf divin tant li wkoll Sta. Tereża kienet sikwit tfittixha biex tieħu l-parir tagħha. Kienet tħobb issejħilha ‘d-duttur ċkejken tiegħi’. Hija offriet ruħha u ġisimha vittma b’imitazzjoni ta’ Kristu b’risq il-midibin. Biex bħal Kristu tkun ubbidjenti sal-mewt hija riedet tmut f’att ta’ ubbidjenza. Meta waslet biex tmut ħarset lejn il-Prijura u qaltilha: ‘Madre, trid tagħtini permezz biex immut?’ Mietet wara li rċeviet il-vjatku u l-griżma tal-morda fit-13 ta’ Settembru 1640.
Sa minn meta kienet għadha ħajja l-qdusija tagħha kienet magħrufa minn kul]add, ukoll minn Sta. Tereża u San Ġwann tas-Salib. Ġiet ddikjaratata Beata mill-Papa Pawlu VI fl-14 ta’ Novembru 1976.