
Maria Barba twieldet Catazano l-Italja fis-16 ta’ Jannar 1884 fejn missierha Pietro kien imħallef għal xi żmien. Meta kellha sentejn reġgħu lura lejn Palermo, Sqallija, art twelidhom.
Maria Barba twieldet Catazano l-Italja fis-16 ta’ Jannar 1884 fejn missierha Pietro kien imħallef għal xi żmien. Meta kellha sentejn reġgħu lura lejn Palermo, Sqallija, art twelidhom.
L-imħabba lejn l-Ewkaristija kibret magħha sa minn ċkunita. Hija stess tgħid li meta ommha kienet tiġi lura mill-quddies kienet tmur tiġri tilqagħha biex tatiha lil Ġesu’. Ommha kienet titbaxxa sa ħdejha u tonfoħ bil-ħlewwa fuq xofftejha. Maria kienet tħalli lil ommha, kollha ferħana li issa hi ukoll g]andha lil Alla ġo fiha.
Ta’ 15 il-sena kienet diġa’ tħoss is-sejħa reliġjuża iżda kellhom jgħaddu 20 sena biex tista’ twettaq ix-xewqa tagħha għax tal-familja kienu kontra li tħaddan il-ħajja reliġjuża. Hija sofriet ħafna f’dan iż-żmien, imma żammet soda fil-fehma tagħha. Fl-aħħar, fil-25 ta’ Settembru 1919 ingħaqdet mas-sorijiet Karmelitani Tereżjani ta’ Raguza u ħadet l-isem ta’ Sr. Maria Candida ta’ l-Ewkaristija. Għaliha l-Ewkaristija kienet is-simbolu konkret ta’ l-imħabba infinita t’Alla lejn l-umanita. Fil-Karmelu hija riedet iżżomm kumpanija lil Ġesu’ fl-Ewkaristija. Fil-verita l-Ewkaristija ddominat il-ħajja spiritwali tagħha. Kienet l-Ewkaristja li tatha l-qawwa biex toffri ruħha vittma lil Alla fl-1 ta’ Novembru 1927.
Għal Madre Candida l-Ewkarijtija hija skola, hija laqgħa ma’ Alla, hija għaqda ta’ qlub, skola ta’ virtu u għerf. ‘Nitlob lil Ġesu’ biex inkun il-għassiesa tat-Tabernakli kollha tad-dinja sa l-aħħar taż-żminijiet.’
Wara li sofriet xhur ta’ tbatijiet kbar il-Mulej sej]ilha għandu fit-12 ta’ Ġunju 1949. Kienet il-festa tat-Trinita Qaddisa. Giet ibbeatifikata mill-Papa Ġwanni Pawlu II fil-21 ta’ Marzu 2004.