Xi tfisser ghalija l-hajja Kontemplattiva

09
Feb
 
Ghalija l-hajja kontemplattiva hija rigal ta’ min japprezzaha hafna. Naf kemm hija sabiha u ma nibdihha ma’ ebda vokazzjoni ohra.
 

 
Ghalija l-hajja kontemplattiva hija rigal ta’ min japprezzaha hafna. Naf kemm hija sabiha u ma nibdihha ma’ ebda vokazzjoni ohra.
 
Dan mhux ghax il-vokazzjonijiet l-ohra huma xi haga anqas, anzi kull vokazzjoni hija rigal ta’ Alla, mhux biss ghall-persuna li tircieviha, imma ghall-Knisja kollha. Jien nghozz hafna din il-vokazzjoni tieghi ghax Alla, fil-hniena infinita tieghu, hares b’imhabba lejja u ghazilni biex inkun Tieghu u Tieghu biss, bla ma jisthoqqli. Bl-ghajnuna Tieghu jiena ghamilt dak li stajt biex inwie[eb ghas-sejha li kien qieghed jaghmilli, minkejja n-nuqqas ta’ hila li bdejt inhoss [o fija biex inhalli kollox u nimxi wara Gesu’. Kien bil-grazzja t’Alla u l-ghajnuna li sibt mill-konfessur u s-superjuri tieghi li bdejt non[or u nnaqqax minn [o fija dak li kien qieghed ittellifni l-mixja tieghi wara Gesu’.
 
Issa Gesu’, bil-mod il-mod, qieghed inaqqax fija x-xebh tieghu u hekk aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed ninduna kemm huwa sabih li tinghata b’ruhek u b’[ismek lil Gesu’ li jhobbna bi mhabba tal-[enn. Huwa dejjem lest biex malli jara l-ewwel xewqat taghna ghal aktar intimita’ mieghu, Hu jaghtina kull grazzja biex inwettquhom. Huwa ma jharisx lejn il-mod difettuz li bih inkunu wettaqna dawn ix-xewqat taghna, ghax Huwa jhares biss lejn l-imhabba li biha nkunu ghamilnihom.
 
Inti trid tkun bhal warda tax-xemx li l-hin kollu ddur lejn ix-xemx biex mir-ra[[i taghha tiehu l-hajja u s-sahha. Kif ic-centru tal-hajja tal-fjura tax-xemx hija x-xemx, il-hin kollu dur maghha u dejjem thares lejha, hekk il-hajja taghna kontemplattiva, nghixuha biss taht ir-ra[[i ta’ l-imhabba t’Alla, harsitna dejjem fissa fiH, nippruvaw narawH f’kollox u f’kulhadd. Huwa c-centru ta’ qalbna u ta’ mhabbitna. InzommuH dejjem quddiemna u ma nixbghu qatt nghidulu li nhobbuH u nfahhruH fl-eternita’.
 
“Mulej, ghinni fin-nuqqas
ta’ hila tieghi. Grazzi.”
 
SR.Elizabetta Grech tas-SS.ma Trinita’

Leave a Comment