09
Feb
Mhux lakemm soru tal-klawsura tohrog mill-monasteru, izda kultant jinholqu okkazjonijiet mhux tas-soltu. Illum se ngibu raguni wahda minnhom.
Mhux lakemm soru tal-klawsura tohrog mill-monasteru, izda kultant jinholqu okkazjonijiet mhux tas-soltu. Illum se ngibu raguni wahda minnhom.
Is-Superjur Generali ta’ l-Ordni Karmelitan Terezjan, Patri Camilo Maccise O.C.D., kien ilu jhajjarna biex ninghaqdu jew ma’ l-Assocjazzjoni tal-Karmeli Taljani, peress li huma aktar qrib, jew inkella ma’ l-Assocjazzjoni tal-Karmeli Inglizi, peress li l-kulturi taghna aktar jixxiebhu. B’hekk il-Komunita’ taghna f’Malta ma tibqax izolata u sajma mill-gharfien ta’ kif qeghdin jghixu Karmeli ohra f’pajjizi ohrajn.
Peress li ahna mdorrijin nghixu fil-klawsura, dan is-suggeriment bhal hassejnih mhux biss stramb, imma wkoll impossibli. Is-Superjur Generali fehem sewwa is-sitwazzjoni taghna. X’ghamel? Qal lill-kunsillier generali, Father Jeremy Fitzpatrick, biex ikellem lil Mother President ta’ l-Assocjazzjoni tal-Karmeli Inglizi – Mother Mary of St.Joseph O.C.D. – u jghidilha bis-sitwazzjoni kollha taghna.
Mother Mary kitbitilna fil-pront. Fost affarijiet ohra qaltilna li hija lesta tressaq it-talba taghna lill-Kunsill ta’ l-Assocjazzjoni Ingliza. Ahna ddiskutejna l-ittra ta’ Mother Mary u, wara hafna talb, diskussjonijiet u laqgha tal-Komunita, ressaqna it-talba formali biex nigu accettati bhala membri affiljati ta’ l-Assocjazzjoni tal-Karmeli Inglizi. Malajr ircevejna risposta li gejna accettati u, fiha kien hemm ukoll stedina biex il-Madre Prijura u soru ohra jiehdu sehem fl-Assemblea Generali ta’ l-Assocjazzjoni li kellha ssir fil-Mount Carmel Retreat Centre, Glasgow, mis-26 sat-30 ta’ Settembru.
Il-Komunita’ taghna accettat l-istedina u rajna li jkun ahjar li r-rapprezentanti taghna jitilghu ftit jiem qabel biex jambjentaw ftit ruhhom. Jien gejt maghzula biex insieheb lil Madre Prijura. Tlaqna minn Malta fit-18 ta’ Settembru. Ghall-grazzja t’Alla kollox mar sew, minkejja li din kienet l-ewwel safra taghna. Tul il-vjagg tlabna u anke hadna gost bil-veduti u bl-istess vjagg. Kif wasalna irringrazzjajna u fahharna lil Alla bil-qalb.
Is-Sorijiet tal-Karmelu tat-Trinita’ Qaddisa’, Notting Hill, laqghuna b’imhabba u ferh kbir. Mill-ewwel hassejna ruhna familja wahda. Fl-Assemblea Generali ergajna sibna dan l-istess spirtu familjari u nistghu nghidu bla tlaqliq li sibna wisq aktar ghajnuna u mhabba milli qatt stajna nobsru.
Interessanti ferm kienu t-talks ta’ Fr.Hugh White “Riflessjonijiet teologali fuq xi aspetti tal-hajja fil-Karmelu Terezjan”. Kellimna dwar il-hajja komunitarja. Fost hwejjeg ohra semma’ kif kull soru hija rigal ta’ Alla lill-komunita’ fejn kull persuna ghandha l-Ispirtu s-Santu jahdem fiha biex hija taghti s-sehem taghha fil-hidma ta’ bejnietna bhala komunita’. Importanti ferm, ghalhekk, hija l-imhabba u l-ghaqda fil-komunita’.
Laqgha ohra interessanti ferm saret ma’ Sr.Raymunda Jordan O.P. li kellmitna dwar l-implikazzjonijiet tan-Nolan Report ghall-kontemplattivi. Hija wrietna x’responsabilta’ ghandna u kemm irridu noqghodu attenti mhux biss lil min naccettaw bhala kandidati ghall-hajja religjuza, imma wkoll lil min indahhlu biex jikkuraw u jiehdu hsieb is-sorijiet morda jew anzjani f’xi bzonn ta’ kura specjali.
Fid-diskussjoni li saret, fost hwejjeg ohra, gie propost li darba fix-xahar issir il-Lectio Divina minflok il-Qari Spiritwali. Laqgha bhal din hija ta’ gid komunitarju ghax fiha jsir il-qsim ta’ ideat u esperjenzi li jista’ jkollna.
F’dan li xtaq u talab minna s-Superjur Generali jidher li hemm l-ispirazzjoni ta’ l-Ispirtu s-Santu. Huwa process li jista’ jaghmlilna aktar gid, ghad li ma nafux x’se johrog minnu sew…
Inhossuna tassew grati lejn is-superjuri u lejn hutna kollha. Ilkoll ghamlulna hafna u hafna kuragg. U zgur ukoll li se nibqghu niftakru din l-esperjenza sabiha. Ghandna tama shiha li ghad taghti hafna frott sabih.
Jien personalment hrigt b’xewqa qawwija li nsib xi mod biex nghin il-Karmelu ta’ San Guzepp, fi Sclerder, fejn qeghdin jingabru sorijiet anzjani biex jinghatawlhom il-kura u l-attenzjoni mehtiega. Inhoss fija herqa akbar biex nghix aktar ghal Alla u ghal huti, billi naghti aktar imhabba.
Gesu’,ghinni Int ghax minghajek ma niswa xejn. Nafda fik!
Sr.Beatrice.