Ħbieb tal-Qalb

31
Jan

Għeżież Żgħażagħ,

Nixtieq li qabel nibdew niktbulkom fuq il-‘Carmel’ nagħtikom xi informazzjoni fuqna s-sorijiet Tereżjani li ninsabu Bormla, mhux il bogħod ħafna mill-Kunvent tal-Patrijiet ta’ S.Tereża.

 

Għeżież Żgħażagħ,

Nixtieq li qabel nibdew niktbulkom fuq il-‘Carmel’ nagħtikom xi informazzjoni fuqna s-sorijiet Tereżjani li ninsabu Bormla, mhux il bogħod ħafna mill-Kunvent tal-Patrijiet ta’ S.Tereża.

 
F’Novembru li għadda aħna fakkarna l-275 sena tal-Monasteru tagħna. Kienu żewġ saċerdoti; wieħed minnhom aktarx Patri Tereżjan, li ħadu ħsieb xi tfajliet taħt it-tmexxija għaqlija ta’ Maddalena Purselli. Bil-mod il-mod waslu biex għamlu l-Professjoni Reliġjuża bħala sorijiet ta’ Klawsura Tereżjana.
 
Kienet l-Omm Tagħna Santa Tereża li waqqfet l-ewwel monasteru tagħha f’Avila, Spanja fl-1562. Il-Monasteru Tereżjani bdew jinfirxu l-ewwel fi Spanja kollha, imbagħad ma’ l-Ewropa. Fl-1726,wara mitt sena li kienu ilhom il-patrijiet f’Malta, twaqqaf l-ewwel monasteru tas-sorijiet f’Malta, kif għidt qabel.
 
Il-ħajja tagħna hija bbażata fuq l-ispiritwalita’ ta’ Santa Tereża u ta’ San Ġwann tas-Salib li aħna nqisuhom bħala l-ġenituri tagħna. Il-ħajja ta’ talb u l-għaqda intima ma’ Alla huma l-qofol tal-ħajja klawstrali tagħna. Il-klawsura ma tippermettilniex noħorġu mill-monasteru. Mhux biex inkunu qiesna go ħabs, imma ghax aħna rridu li fil-ħajja tagħna moħħna u qalbna jibqgħu miġburin mingħajr il-ħafna aljenazzjonijiet li hemm fid-dinja, u hekk inkunu nistgħu ningħaqdu dejjem aktar ma’ Ġesu’ fl-imħabba.
 
Għal dan it-tip ta’ ħajja l-Omm tagħna Santa Tereża kitbitilna liġijiet u kotba sħaħ biex tgħinna ngħixu dak li riedet li jkunu wliedha. It-talb bla ma jaqta’ huwa l-pedament tal-vokazzjoni tagħna. Niftiehmu, meta ngħid “talb bla ma jaqta’” ma nkunx qed nifhem li nkunu l-ħin kollu għarkubbtejna quddiem Gesu’ Sagramentat ngħidu r-Rużarju u talb vokali ieħor. It-talb bla ma jaqta’ huwa dik ir-relazzjoni ta’ mħabba li jkun hemm bejn żewġt iħbieb tal-qalb. Ġesu’ għalina jsir dak il-ħabib li tmur fejn tmur, tagħmel x’tagħmel, iġġorru dejjem f’qalbek u f’moħħok u dejjem tara x’tagħmel biex iktar issir tħobbu. Meta aħna għidna ‘le’ ghat-T.V., meta għażilna li qatt ma noħorġu, meta ridna li nżommu s-skiet, u tant affarijiet oħra li jħobb kulħadd, dan għamilnieh biex qalbna tkun aktar ħielsa għal Ġesu’.
 
Meta l-qalb tkun ħielsa jkollha lil Ġesu’ li jagħmilha ferħana. X’inhi x-xewqa ta’ kull żagħżugħa jekk mhux il-ferħ? Meta ssib lil Ġesu’ u tagħmlu l-aktar ħabib tiegħek tkun ferħana bla ma tmur discos, bla ma tieħu droga jew alcohol, bla ma jkollok dak kollu li llum jaħsbu xi whud li jagħmluk ferħana. Ġesu’ BISS jista’ jagħmlek TASSEW ferħana.

Leave a Comment